Illum kollox bil-mod mixi

Illum ix-xemx lanqas ma titla’

Is-sħab ibejjet ’l-moħħ imtaqqal

U l-ħsibijiet ħuttaf li jpassi

Jaqsam it-toroq mingħajr ħsara.

 

Illum kollox mudlam

Imqar jekk titla’ x-xemx

U jisbaħ il-bnazzi

Il kesħa ta’ Jannar ixxoqq

Is-solitudni musfara

U skiet jistaqsi

l-għaliex jisbaħ jum ieħor.

 

Ilni nistenna l-ħin jgħaddi

Bħal min jiftakar fit-twiddiba

Li s-sigħat bil-mod il-mod

Bħas-susa li qed tgerrem.

 

Jekk tiġi żingara taqrali xortiha

Jien lanqas nemminha

Għax ma kontx hawn biex nixhed

Dak li ġie qabel

U lanqas naf dak li jiġi wara.

 

Alfred Grech

13/01/2023

Comments

Popular posts from this blog