Lanqas Tista’ Tinsa’.

 

Lanqas tista’ tinsa’

l-eku tal-iħna fil-kampijiet

ta’ Auschwitz-Birkenau u Berken-Belsen

Imqar jekk jintradmu taħt l-ibraġ ta’ rmied.

Hemm ilħna oħra ta’ krib li qed nisimgħu

Li jitolbu ħaqq u stmerrija

Tal-bniedem mitluf fin-ngħas

U fl-affluwenza.

Biex ma ninsewx il-miljuni

Ta riġlejn jgħaffġu fit-tajn u fid-demm

Illum il-mostru ġdid, l-ors ta’ mitt sinna

Qed jordom taħt il-ħerba

Li jħalli minn fejn jgħaddi

l-erwieħ li ħaddnu u ttamaw

F’rebbiegħa ta’ sliem u ta’ ħelsien

Lilhinn mill-ħmieġ tas-setgħa.

Sakemm il-bniedem jibqa’ bnieden

Sakemm it-tieni miġja tibqa’ ħolma

Fejn hu il-ħaqq? Fejn hi t-tifkira

Li tibqa’ tidwi gewwa dinja

Ta’ torox u nies bierda?

Kull wieħed mehdi jireċ’ta

Il-parti tiegħu.

 

Alfred Grech

27/01/2023

Comments

Popular posts from this blog