Sejjaħtlek Kemm Il-Darba.

 

Sejjaħtlek kemm il-darba

U ma ġejtlix

Fittixtek fil-boskijiet mudlama

Ta’ moħħi

Fil-katakombi ta’ qtigħ il-qalb

U tat-tqanqiliet mistura.

Mhux biżżejjed il-ħsibijiet tiegħek

Inkella l-isfumaturi ta’ xewqat

Li jaħarbu

Imma l-isfaċċataġni tal-indeċenza tiegħek

U l-fantasiji kkundannati

Li jkebbsu l-kaos tar-rieda tiegħi.

Misteru d-dinja li ngħix fiha

U duħħan dal kollu li missejt

U emmint fih.

Issa qerd ngħix qalb il-ħerba

Meta minn fuqi għaddew eżerċ’ti sħaħ

U kull gidba li lissint

Welldet ġerħa oħra

Sakemm lanqas bdejt naf

Jien min jien.

Issa oqgħod hemm kemm trid

Xejjiirli minn fuq il-moll tan-nostalġija.

Jien sirt baħħari li salpajt

Biex qatt ma nerġa’ lura.

 

Alfred Grech

23/01/2023.

Comments

Popular posts from this blog