Sena Ġdida.
Mhux sejjer
nistennik inkella nħares
Bħal meta
nħares lejn kull ħaġa ġdida,
Għax issa
drajna wisq il-telgħa l-wieqfa
Li tlajna
għal kemm il-darba bit-tagħbija
Tlajniha għalxejn
għax ta’ kull darba ħsibna
Li din hi
l-aħħar tarġa’ li twassalna
Sal-quċċata
fil-jum tar-rebħa u glorja.
Ma
nistennew xejn ġdid li l-qlubna jqawwi’
Minflok inħarsu
l-isfel lejn l-abbissi
Għaliex fl-abbiss
twelidna, l-abbiss darna
Għax il-ġejjiena
issa hu triq għan-niżla
Nitgerrbu u
ma nafux kull jum li jgħaddi.
Imnalla hemm
l-axxensur sabiex nitilgħu
U l-bastun
jgħinna naqsmu għan-naħħa l-oħra.
Alfred
Grech
03.02.2023
Comments
Post a Comment