Sibilla.

 

Sibilla ta’ bil-lejl u l-qmar kwinta

Tirradja fis-sbuħija ta’ żmien ieħor

Tixtar  bħal kokka u tħares fil-ġejjieni

Ġo bosk mudlam maħsul bil-qtar tal-fidda

Ħallili r-rima tiegħek minn fejn tgħaddi.

 

Jien xtaqtek li kont dik li taf timmansa

l-għasafar li jittajru taħt il-kwiekeb

inkella alluċinanti dik it-tfajla

li taħfen bejn idejja l-globu jiddi

li juri dawk l-inħawi misterjuż

fejn ħadd ma mar, fejn  riġel qatt ma rifes.

 

Jien nerġa’ niġi nfittxek ġo kull rokna

Fil-labirint tal-ħolm u n-nostalġija

Nixxiegħa t’ilma ħelu li ssir xmara

Fejn nista’ lili nnifsi ninsa’ u fiha negħreq.

Imbagħad fittixni ejja fuq xi ċattra

B’ fanal li juri t-triq għan-naħħa l-oħra.

 

Alfred Grech

26/01/2023.

Comments

Popular posts from this blog