Żidha Kemm Trid Id-Doża

 

Żidha kemm trid id-doża

Ma jiġi qatt iż-żmien

Li niġbor it-tbissima

Jew qisu qatt ma kien.

 

Tbissima ta’ fuq wiċċek

F’dal-limbu qatt ma taf

X’sar sewwa minn uliedek

Xħin qalbek qed tixraf?

 

L-rġiel li jiddefendu

Unurek magħqudin

Għax issa l-ġmiel tar kollu

Li ġmajt matul is-snin.

 

Għax issa bdejt tiżżewwaq

Sirt lanqas taf min int

Sirt borma fejn jinħallu

Ir-razez, xejn distint.

 

U kull ma tmur tintefaħ

U kull ma jmur tiżdied

Bużżieqa ser tinfaqa’

Għax min mexxiek hekk ried.

 

U kull ma jmur tintefaħ

U tilqa’ ’l-kull min kien

Ħallejt lil min ifarrkek

U miżbla sirt biż-żmien.

 

Alfred Grech.

17/01/2023

 

Comments

Popular posts from this blog