170.

 

Sakemm nistenbaħ għad fuq xi gradilja

U nilmaħ bejn ix-xquq tax-xemx id-dija,

Ħallini nongħos f’raqda ndifferenti

Ta’ min għajjien u mxabba’ jgħix il-ħajja,

Ta’ min ma jafx fejn hu tul mixja twila,

Ta’ min ma jafx għax l-għada għandu jisbaħ.

Sakemm iqumu rwiefen tal-burraxka

U jġorru magħom dak li nkunu bnejna

It-torrijiet, il-ħolm u l-fantasija

Ħitan għoljin li darba kienu jkennu

Mill-ħbit ta’ qtiegħ il-qalb u l-injoranza.

Ħallini hawn biex ninsa’ li xi darba

Għad nerġa’ nista’ nrodd iż-żmien li għadda

U ngħid li din tassew hi l-ħajja tiegħi.

 

Alfred Grech.

17/02.2023.

Comments

Popular posts from this blog