171.

 

Mistħija l-għera tiegħi ħajti kollha

U nħożż kull mistoqsija f’barmil ilma;

Bħalkieku dawk il-ktajjen li jliġġmuni

Kienu l-kapriċċ li ridt noħloq f’għodwa niedja.

Kull meta  nżomm il-pass jien naqta’ nifsi

Imbagħad purtiera nniżżel ta’ tbatija

Fuq kull  tifkira li fil-wiċċ tispunta

Bħal bżieżaq arja safja fuq wiċċ l-ilma.

Nixtieq li din l-isfida jien nagħmilha

Mhux lill-allat li fl-aħħar xejn ma jaħtu

Iżda, lil min  fuq l-għolja olimpjana

Jitperreċ u jagħmilha ta’ xi qawwi.

Biex issa ntbaħna lkoll li xejn ma jiswa’

Għax xejn mhu xejn fl-assurdita’ tal-ħajja.

 

Alfred Grech

22/02/2023

Comments

Popular posts from this blog