172.

 

Inneħħu t-trab u nneħħu l-għabra kollha

Minn fuq il-ħsibijiet tal-mewt u l-kefen

U ntajjru r-rix mal-arja sa jitferrex

U b’hekk kull xkiel inkissru biex intiru.

Bħal żiffa riħ li tgħadi bla ma tħossha

Bħal ajruplan li jtir bla jħalli rima

Għasfur tal-bejt li jibni l-bejta tiegħu

Peprina li mar-riħ tmil u tixxengel.

Hekk biss l-assurdita’ tingħeleb tista’

Ta’ kull monotonija wild xi ħolma

Ta’ dat-taħsir li beda b’ħafna wegħdi

Taż-żmien li jgħaddi u jibqa’ biss tifkira

U ta’ kuljum titqarraq kull xħin jistbaħ

Bit-tama li se tkun din sfida ġdida.

 

Alfred Grech

28/02/2023.

Comments

Popular posts from this blog