Il-kliem kollu Li Nibgħatlek.
Il-kliem
kollu li nibgħatlek
Imqartas ġo
pakketti virtwali
Bħal serbut
nemel.
Inti tista’
tiġbru kollu f’kaxxa
U jsir
il-kliem li qatt ma fhimt
Jew qatt ma
smajt.
Bħal
kaxxetta tal-ġawhar
Jekk ma
tiftaħiex
Ma tkunx
taf x’fiha.
Jien nibqa’
magħluq ġo kaxxa
U qalbek tkun
bla kliem.
Alfred
Grech
15/01/2023.
Comments
Post a Comment