Jekk Tintilef.
Jekk tintilef ġewwa sħaba
Jew bħal jaqbdek ferħ ta’
ġenn,
Jew inkella toħlom ħolma
Ġewwa għarix, għal ftit tal-kenn.
Jekk int tħoss tkexkix ġo
ġismek
Jew inkella trid ittir,
Tqaqiliet li n-nifs
jaqtawlek
Għalkemm waqt dan, ferm
qasir
Dan hu waqt ta’ tferfir
qawwi
Xħin missejt tkun l-infinit,
Xħin tintilef
fl-impossibbli,
Jalla jiġi dan sikwit.
Jekk tintilef fl-impossibbli,
La tibżax, ma ġara xejn,
l-impossibbli jagħti l-ħajja
u jgħaqqadna lilna t-tnejn.
Alfred Grech
19/02/2023.
Comments
Post a Comment