Noħolqu Oasi.

 

Noħolqu oasi f’nofs ta’ desert

Inkella nsibu skuża biex insebbħu

Hemmehekk fejn tista’ timraħ

Fid-distrazzjonijiet li jmorru l’hemm

Minn dak li tara.

Hekk nagħmel jien

Kull meta inħossni bla ħajra.

Għax nista’ nagħmel

Għajr naqsam

Il-ħabs tal-bieraħ?

Minflok ma noqgħod hawn

Nilgħab mas-susa

U mad-duħħan ta’ moħħi.

 

Alfred Grech

07/2/2023

Comments

Popular posts from this blog