Qed Ngħixu Dan L-Infern.
Qed ngħixu
dan l-infern ta’ ħtif u ħsara
Qed ngħixu
dan iż-żmien li mhuwiex tagħna
Induru dawra
mejt ġo ċirku mberfel
Qalb qatta
ħallelin imdawra magħna.
Li serqu
l-art u l-arja li nibilgħu
Id-dawl
tax-xemx u l-beraħ ta’ madwarna,
Qed ngħixu
dan l-infern ta’ distruzzjoni
Bħal merħla
nagħaġ imkeċċijin minn djarna.
Li kieku
dawk tas-setgħa mhux imxierka
Ma dawk li
l-ħoss kbir tagħhom kien fl-assenza!
’Ma dan
mhux biss il-frott tal-ġenn li ħloqna
Għax tagħna
wkoll id-dnub fl-indifferenza.
Alfred
Grech
20/02/2023.
Comments
Post a Comment