174.

 

Ħaliħ ir-riħ li jerfa’ bla ma jwissi

Quddiemu jġorr il-weraq tal-ħarifa.

Int taf li jiena ġejt infirrex kewkba

U lilek sibtek hawn tistenna l-leħma.

Ħalliħ il-baħar jobrom u jitqalleb

U jġorr kull għelm li darba kien wriena

It-triq tal-wens u l-beraħ tat-tfulija

U n-nemel li jrid jibdel wiċċ id-dinja.

Ħalliħ ħa jisbaħ bla serduq jum ieħor

Fejn int u jien nistħajjlu li qed ngħixu

Ġo ġnien qadim fejn kemm il-frott imħassar

U l-għerf imdendel qratas ma kull siġra.

Ħalliħ ikun li jrid għax-xorta waħda

Minn xfar l-irdum għaddejna u nibqħgħu ngħaddu.

 

 

 

Alfred Grech

04/ 03/ 2023

Comments

Popular posts from this blog