175.

 

Jddendel qed is-saqaf hawn fuq rasi

Bit-toqol t’elf mitt ħsieb nieżlin bħax-xita

U dal-ġibjun ta’ tifkiriet imwiegħra

Intela’ sa fuq nett u beda jnixxi.

U aħna wkoll spiċċajna f’din l-għadira

Ta’ tajn u ħmieġ li fiha qed nistagħdru

Ġibditna kalamita ta’ bla seħer

U bqajna hawnhekk niġġieldau biex ninqalgħu.

U ma nafux xħin xi ħadd minna jiġi

Nieqes x’se jagħmel l-ieħor, għaliex issa

Drajniha sew iż-żifna fuq ix-xifer,

l-iħirsa tal-imgħoddi jittawlulna

filwaqt li aħna nibqgħu inkullati

Bil-ħjut ta’ kull għabqbuta illi nsiġna.

 

Alfred Grech

25/03/2023.

Comments

Popular posts from this blog