176.
Min jaf kif stajt inbaħħar bla ma naqdef
Kif stajt intir mingħajr ma nrabbi l-ġwienaħ
Il-qċaċet
ta’ kull għolja nikkuntempla
Jew ġewwa
s-sħab imtaqqal mmur ninħeba?
Għax ħadd
ma ried jismagħha l-għanja tiegħi
U bdejt
nistagħad u ngħarrex għal kull kewkba
Fejn naf li
stajt intir u l-qawwa negħeleb
Tal-gravitazzjonali
l-ġibda mmewwet;
Biex lanqas
taħt id-dawl tax-xemx ma nidher;
Il-mewġ
tas-sensazzjonijiet inqanqal;
Jew ngħum f’dan
l-oċean bejn sema u ilma,
U niżen
bil-miżien li jibqa’ mdaqqas
Minn hawn
sa tarf il-preċipizzju nkejjel
Li hu
l-abbiss li jifred waqt minn ieħor.
Alfred
Grech
29/03/2023
Comments
Post a Comment