Għalkemm.
Għalkemm
fl-għammieq ta’ dlam il-lejl
Ħarsitna
lejn il-kwiekeb
Għalkemm qiegħdin
f’tal-mixi t-tarf
Ħarsitna fil-ġejjieni
Għalkemm f’dal
baħar mitlufin
Ħarsitna ’l
hinn mix-xefaq
Għalkemm qiegħdin
ġo dal-pajjiż
Din l-għanja
tibqa’ ħielsa.
Alfred
Grech.
23/03/2023.
Comments
Post a Comment