Inżajthom.

 

Inżajthom

Bħalma tinża’ siġra

mill-weraq fil-ħarifa,

bħal meta tinża’ l-ġlekk

u ddendu ma spalliera

il-jiem, il-ġimgħat, is-snin.

 

Bżaqthom f’wiċċ-duħħan

Imċajpar tat-traġitt

Li ħadni

Fejn ma stħajjiltx.

 

Issa

Xħin jingħalaq il-kanċell

Lanqas inħares lura

Għax lura lanqas hemm

U lanqas dawl

Ma fadal.

 

Alfred Grech

26/03/2023.

Comments

Popular posts from this blog