Ipokriti.
Sufruni intom, tgħumu f’wiċċ
il-baħar;
Bħal-xwieni galleġġjanti ta’
bla qlugħ,
Tgħidulna li għall-ġid
tal-poplu taħdmu
Taraw kif il-ħmieġ tagħkom
jibda’ jfuħ.
Bħal oqbra mbajjda tidhru,
tal-vanġelu
Kull darba t-tort taraw lil min
tagħtuh
Issaltnu fuq l-irqad u
l-amnesja,
Għalliema ta’ kif tafu d-dnub
tgħattuh.
Tgħallimtu tħaddmu sew
il-qerqu l-ħażen
Taraw kif tistgħu tgħattu
x-xemx bl-għarbiel,
Miskin min lilkom jafda u
jibda’ jemmen
Jaqbillu dan jagħmilha ma ħalliel.
Ipokriti l-politiċi
tad-dinja
Bil-lejl trid tishar magħhom
u bin-nhar,
Ħarsithom mhix fit-tul ’mma
biss fis-setgħa
Juruk iż-żiemel waqt li jqabżu
l-ħmar.
Alfred Grech
19/03/2023.
Comments
Post a Comment