Kemm Nixtieq.

 

Kemm nixtieq li għandi l-ħin

Imma taf li l-ħin itir;

Kemm nixtieq inrabbi l-ġwienaħ

Imma hawn bqajt qalb dat-tidwir.

 

Kemm nixtieq li għadek hawn

Iżda xħin kont hawn jien ftaħt it-tieqa

Issa qalbi fuq il-fwar

Għalkemm il-bieb imbarrat

l-għasfur laħaq tar.

 

Kemm nixtieq li nerġa’ lura

Iżda l-mixi bla waqfien

Inti qrajt il-kurdiċella

U dar għaija d-dubbien.

 

Alfred Grech

04/03/2023.

Comments

Popular posts from this blog