Mimli Bih Innifsu.
Il-lupu l-ġilda jbiddel mhux i-vizzju
U z-zokk li
telgħa mgħawweġ ma ddrittax;
Dan mingħalih
li bħalu m’hawnx fid-dinja
U ġara l’iblaħ
minnuhu ma baqax.
Trid tkun miġnun
perfett mingħajr mingħajr liċenzja
Biex terġa’
‘d-dinja ddaħħal f’ħafna nkwiet,
U terġa ma
ġġbx dak illi ħaddieħor
Fil-ġwerra
tilef; taqla’ ħafna ġlied.
Trid tkun
xi diżilluż tgħix fi żmien ieħor
Biex jiddradixxi
’l-min għamillek ġieħ
Toħlom mill-ġdid
biex twaqqaf xi imperu
Ma tammettix
li hawn żbaljajt bis-sħiħ.
Alfred
Grech.
20-03 2023.
Comments
Post a Comment