Reġa’ Sebaħ Ja Mulejja.*

 

Reġgħa sebaħ ja Mulejja

Agħti tiegħek dan il-jum

Kull filgħud xħin nistenbaħ

Jien nistaqsi x’ġej illum?

 

Għax jum ieħor reġa’ sebaħ

Dan jum ieħor bħall-oħrajn

U se nagħmlu? Fejn se mmorru?

Kif ninqalgħu minn dat-tajn

 

Li ħaddieħor tefa’ fuqna

U nibdew kapitlu ġdid,

U l-iħirsa tal-imgħoddi

Immewtuhom fit-taħwid?

 

Reġa’ sebaħ ja Mulejja

Iżd’ankrat jien bqajt mal-art.

Kif se nqum, kid se nittajjar

Kif se ngħid li issa nġbart?

 

Il-ħolqien li hawn madwari

Ma jqanqalli ebda ferħ,

ix-xemx kifset, ġej sħab iswed

u m’hawn xejn li jġib is-serħ.

 

Ja Mulejja niżżik ħajr

Għaliex int tal-ħajja s-sid

Għinni nibqa’ nżomm f’wiċċ l-ilma

Il-burraxka qed iżżid.

 

Alfred Grech

25/03/2023.

 

 

* B’apoloġia lil Dun Karm

 

Comments

Popular posts from this blog