Għidu Kemm Tridu.

 

Għidu kemm tridu illi jien razzista,

Bla fidi, moħħ magħluq u antikwat,

Nistmerr lill-barranin li ħadu postna

Inkella li fl-imgħoddu bqajt ankrat.

 

Għidu kemm tridu, mimli żenofobja

Nistmerr taħlit li jiġi minn kull ġens,

Irrid l-identita ta’ ġensna tibqa’

U ngħolli l-barrikati għal ftit wens.

 

Mur ġib lil ta’ qabilna jerġgħu fostna,

Jaraw kif lill-barrani ġie mibjugħ

Dan il-pajjiż, bl-ilsien u d-drawwiet tiegħu

Minħabba l-għass tal-ftit mejtin bil-ġuħ.

 

Għidu kemm tridu illi qed niżbalja,

Ma fhimtx l-ekonomija u l-progress,

U għadni ngħix magħluq fis-seklu l-ieħor

U tal-kummerċ ma nafx x’inhu suċċess.

 

Għalliex min bħali għandu xaharu abjad

Jiftakar lil din Malta tal-Maltin,

U konna ferm aħjar xħin anqas kellna,

Filwaqt li llum ġo darna, barranin.

 

Għax lanqas biss b’ilsienna ma’għadna nistgħu

Ninqdew għal dawk il-ħwejjeġ ta’ kuljum,

Malajr fil-minoranza nsibu ruħna

U dan  narawħ qed jiġri mqar illum.

 

Alfred Grech.

15/04/2023. 

Comments

Popular posts from this blog