Innu lil-Ħajja.
Li
tikkuntempla ż-żifna li trid tiżfen
U żżeffen
lilek stess sa ssir il-ħolma;
l-ilwien
evanexxenti tal-qawsalla
li jgħibu
jisparixxu – dik hi l-ħajja.
Fix-xemx li
tisreġa wara maltempata
Rifless tal-univers
ġo qatra nida,
Li taqa’
għax ma tiflaħx it-toqol tagħha’
Hekk tibda’
u hekk tintemm il-ġrajja tagħna.
Alfred
Grech
21/04/2023.
Comments
Post a Comment