Jidddellek Il-Ħsieb.

 

Jiddellek il-ħsieb kull xħin taħseb

U tiċċajpar il-mera li fiha trid tħares

Biex tara min hu ġej warajk

U ma kull tarġa li titla’

l-abbiss jibelgħek

għalhekk trid tinsa

trid tisker

tintilef f’xi droga alluċinanti

ħalli ssir iż-żmien għaddej

u r-rħ li jonfoħ u jġorr quddiemu

il-weraq niexef tas-snin mgħoddija.

Trid tinsa wkoll

li x-xema qed tinħela

u li ma kull tarika goffa tal-minutiera

qed tinxef, tikrieħ u titbiel.

 

Alfred Grech

08/04/2023.

Comments

Popular posts from this blog