Jista’ Jkun.
Jista’ jkun
li kont fis-sakra
Iżda bejn
ħsieb u ieħor
Insejt x’kont
qed tgħidli.
Bħad duħħan
minn ġo ċumnija
Tiela’ ’l-fuq
Fl-aħħar
jisparixxi.
Kull darba
li nkun bejn ħaltejn
Bħal pendlu
t’arloġġ xiħ
Minn-naħħa
għall-oħra
Sakemm jispiċċa
l-ħabel.
Il-baħar
ukoll irid jibla’ l-art
Il-mewġ
ibus ix-xatt
Ma jaqtax
qalbu.
Alfred Grech
13/04/2023
Comments
Post a Comment