L-Għajn Li Nixfet.
Jien kont
ngħid li ħadd ma jżommha,
Tibqa’
ġejja u ma tieqafx;
Iżda donnu
hemm għal kollox
Tmiem,
waqfien u xħin ma tafx.
Jien kont
ngħid li ħadd ma jżommha
Bħal kaskati
tal-widien,
Iżda f’daqqa
ġiet in-nixfa
Magħluqin
sibt il-bibien.
Tkun imqansħa,
tkun imġebbda
Jekk mir-ruħ
din ma titlgħax,
Għax b’kull
lewn tlibbisha tista’
’Mma
tingħaraf ma tibqax.
Jien kont
ngħid li ħadd ma jżommha
l-għana
ħlejju jibqa’ ġej
bħal
nixxiegħa t’ilma ġieri
Jibqa’
jaqbeż, dejjem ġej.
Jien kont
ngħid li qatt ma taqta’
Din nixxiegħa
bla waqfien,
Dina l-għajn
li dejjem tfawwar
Taqta’
l-għatx lil kull min kien.
Jien kont
ngħid li ħadd ma jżommha
l-għanja
ħielsa minn kull xkiel
iżda f’daqqa
kollox waqaf,
kollox
staġna, kollox dbiel.
Alfred
Grech.
05/04/2023.
Comments
Post a Comment