Ma ngħaddux Iż-Żmien Biex Ngħixu.
Ma ngħaddux
iż-żmien biex ngħixu;
Ngħixu mbagħad
biex ngħaddu ż-żmien,
Bħall-għasafar
li jittajjru
Jew bħal
fjuri tal-widien.
Ma ngħddux
iż-żmien biex ngħixu
Iżda ndaħħnu
kullimkien
Flok ma
nsebbħu qed inkerrħu
Ta’
madwarna għal kull żmien.
Maltempata
f’ilma qiegħed,
Għakemm bnazzi,
qam ir-riħ,
Iż-żmien
jgħaddi u qed nixjieħu
U t-taħwid
jiżdied bis-sħiħ.
Alfred
Grech
01/04/2023
Comments
Post a Comment