Met’ Inti Kont Gfħadek.

 

Met’inti kont għadek bint iż-żmien

Il-ħajja kienet taraġ

Il-ħolm li ħlomna kien biss

Kitba fuq il-ħajt.

Il-graffiti li ħażżiżna

Kienu ward li jwarrad

Fid-dellijiet ta’ rebbiegħa niedja.

Issa li d-duħħan tar

U ma baqa’ xejn mill-ħrafa

Int għadek xorta waħda tidhirli

Fil-ħolm tan-niket

U jiena għadni hawn

Nixtarr in-nuqqasijiet kollha

Ta’ meta kilna mit-tuffieħa.

 

Alfred Grech

26/04/2023

Comments

Popular posts from this blog