Univers Bla Xefaq.
Dan univers bla xefaq
Univers kull wieħed minna
U fl-abbiss kull wieħed
Tinbet ix-xintilla
Ta’ tama qalbiena
Li tiżboq għelt it-taħwid
U l-mogħdija taż-żmien.
Issa li għadda s-seħer
Il-poeżija waqfet ukoll.
Bejn sema u ilma ruħek
Tittajjar fil-ħmura ta’nżul
ix-xemx
Ma nafx hux qed tarani
Jien ngħid li kienet ħrafa
Inkella kien xi żball.
Issa ngħix fil-ħrafa tiegħek
In-narrattiva li qatt ma
kont
Jew gozz trab li issa nbidel
F’mafkar għelm tas-skiet.
Aħna ġejna fi żmien ieħor
Għasafar tal-passa barra
minn żmienhom
Inkella tifkira li għad
tinkiteb
U min jiġi wara ma jemminiex.
Sfidajna l-eżerċ’ti kotrana
U l-irwiefen li jikinsu d-djar
tan-nies
Iżda mbagħad bkejna l-bejta
li ħallejna
U t-toqol li ġarrejna
Ħalli l-qamar t’April
jiddieħaq bina
Imma ħadd mhu ser jintebaħ
Għax ħadd għadu ma stenbaħ
Alfred Grech
06/04/2023.
Comments
Post a Comment