177.*

 

 U jien ukoll staqsejt x’ser naqbad nikteb,

Għax moħħi kien battal u lanqas kelma

Ma sibt li tista tkebbes il-ħuġġieġa.

Ix-xenqa kienet hemm li nibda nħarbex

Iżda bqajt bħal pittur bil-pinzell f’idu.

Battal il-bir li minnu tista’ tixrob

U l-għajn tal-ilma ġieri issa nixfet.

Aktarx li rrid interraq mixja twila

Biex nerġa’ nisb ix-xrara li tnebbaħni.

Għax kbira wkoll id-dieqa ta’ ġo fija,

U n-nixfa issa qerdet kull nibbieta,

U ma jistgħax ikun li nibqa’ ntenni

l-istess tnegħid, il-mantra illuppjata

mingħajr dawk il-waqtiet ta’ ġenn sublimi.

 

Alfred Grech

29/05/2023.

 

*Wara li qrajt il-kitna “Qaltli Ilek Ma Tikteb” ta Tarċisju Zarb

Comments

Popular posts from this blog