Agħtini Leħen.

 

Agħtini leħen jidwi qalb l-irkejjen,

Agħtini kewkba waħda li trid tiddi,

L-għamliet f’kalejdoskopju ddisenjati

Agħtini alfabet li bih nitkellem.

 

Agħtini kewkba waħda li trid tiddi,

Ġo lejl midlam fejn lanqas tista’ tifhem.

Agħtini alfabet li bih nitkellem,

Biex bil-maqlub intennti kull tifkira

 

Ġo lejl mudlam fejn lanqas tista’ tifhem

Fil-kobor tal-immensita’ madwarna,

Biex bil-maqlub intenni kull tifkira,

U ngħannaq f’tarf il-jum il-kobor tiegħu.

 

Fil-kobor tal-immensita’ ta’ madwarna

Agħtini ftit mid-dija li sawwritek,

U ngħannaq f’tarf il-jum il-kobor tiegħu

Biex nifred dawl minn dlam li jtaqqal ħsiebi.

 

Alfred Grech.

19/05/2023.

Comments

Popular posts from this blog