Armonija.
Il-warda
illi tiftaħ biss filgħodu,
Il-friefet
illi jaqbżu fuq kull warda,
Il-jum ngħixuh
bħal ħolma trasparenti,
U l-lejl li
jgħatti l-ħażen u li jnessi.
Il-friefet
illi jaqbżu fuq kull warda,
Ġwenħajhom imqasqsin
il-frieħ li jtiru
U l-lejl li
jgħatti l-ħażen u li jnessi
Il-fwieħa
ta’ ġol-ġnien li s-sensi tmewwet.
Ġwenħajhom
imqasqsin il-frieħ li jtiru
Fuq sema
tal-mistrieħ bħal sodda mqallba,
Il-l-lejl
li jgħatti l-ħażen u li jnissi
Fuq friex
tintilef karba u sejħa fqira.
Ġwenjahom
imqasqsin il-frieħ li jtiru,
Raġġiera ta’
dawl qawwi kull tifkira:
Fuq friex
tintilef karba u sejħa fqira
Minn bejn
l-imwiet tirxoxta xewqa ġdida.
Alfred
Grech.
18/05/2023.
Comments
Post a Comment