Ejj’ Iżfen.
Ejj’ iżfen żifna miegħi
Fil-mixja lejn l-infern
Is-sebħ jgħannaqna miegħu
Fis-skiet tad-dam etern.
Għax jien qed nibża’ waħdi
Fil-baħħ ta’ dal-wesgħat,
F’waqtiet li qatt ma jgħaddu
Mar-romblu tas-siegħat.
Is-skiet li kiber magħna
Fil-mixja ta’ kuljum,
F’kull għamla li qed tara
Kull mibdi jew mitmum.
Assurda din il-ħajja
Li twelled kull twemmin
Biex naljenaw irwieħna
Fil-ġiri tul s-snin.
Imqar jekk qed nittawlu
Imbiegħeda minn xulxin
Fl-abbissi ta’ ġo fina
Fil-ħars matul s-snin.
Alfred Grech
07/05/2023.
Comments
Post a Comment