Jekk. 2
Jekk niftaħ
il-bibien ta’ kull tifkira
U naqleb ta’
taħt fuq il-kalendarju
Is-skiet
jintrabat għoqda fuq ilsieni
U l-jiem
insibhom itwal fuq id-djarju.
Jekk nerġa’
nirritorna għall-ġnien tal-Għeden
Ir-riħ
iwassal jerġa dawk il-fwejjaħ
Tal-ġnien
battal u sajjem fejn trabbejna
U t-tokki
tal-qampiena qed issejjaħ.
Jekk nerġa’
lura nidħol ġo qoxorti
Sewqan il-jien
u dak li lilu jixbaħ
Tamiet il-maħbubin,
xewqat mittiefsa
Fejn qatt
ma titla’ x-xemx u qatt ma jisbaħ.
Insib
il-baħħ u x-xejn ġo fija nnifsi
Is-sħab,
duħħan imtaqqal f’kull tixjijra
It-tama f’għada
dejjem tibda’ tonqos
Dil-mixa ma
kull pass isir bi kbira
Alfred
Grech
10/05/2023
Comments
Post a Comment