Jien Xtaqt.

Jien xtaqt li kelli l-ġwienaħ tal-għasafar

Biex ma nibqax hawnhekk ankrat mal-art.

Jien xtatq li kelli l-ħsieb ta’ xi filosfu

Biex mhux indur infittex ġol-iskart.

 

Jien xtaqt li kelli flus kemm jasa’ ġildi

Biex nibni torri ieħor ma’ li haw’

Għax issa saret moda w qed iġġorna

Fl-abbiss lejn fejn sejrin bla ma naraw.

 

Alfred Grech

23/05/2023

Comments

Popular posts from this blog