Kattiv.

 

Kattiv li tidher inti f’daħna kbira;

Kattiv u kapriċċjus f’kull sens tal-kelma,

Tax-xejn li ġie mix-xejn, fix-xejn jispiċċa,

Biex aħna bqajna nemmnu f’din il-ħrafa.

 

Kattiv u kapriċċjus f’kull sens tal-kelma,

Kattiv inti, kattiv għal elf mitt darba,

Biex aħna bqajna nemmnu f’din il-ħrafa

Jispiċċa fi traġedja kull min emmen.

 

Kattiv inti kattiv għal elf mitt-darba

Ħolm u delirju sħiħ, tiskatta molla,

Jispiċċa fi traġedja kull min emmen,

Trid tkun blasfem, miġnun u ta’ bla sinsla.

 

Ħolm u delirju sħiħ, tiskatta molla,

Darrewna hekk minn meta konna trabi.

Trid tkun blasfem, miġnun u ta’ bla sinsla

U aħna bqajna hawnhekk f’dil-ħofra mdallma.

 

Alfred Grech

22/05/2023.

Comments

Popular posts from this blog