Kristall.

 

Bħal għajn tal-ilma ġieri fiha jserrep

Id-dawl tal-qamar kwinta mbagħad jintilef

Fin-nifs ħafif tal-fewġa mal-wiċċ tilgħab

U fl-infinit.

 

Inpinġi fuq il-karta sema kwiekeb

Bil-linka ta’ bil-lejl il-fosfru jixgħel

U jikxef il-misteri wara l-kwinti

Ta’ xfar għajnejk.

 

Il-qtar ta’ nida safja jaqa’ sieket

Fid-dell ta’ ruħ imkebba fil-misteri

Ta’ qalb miftuħa beraħ qed tistenna

Għatxana għal-ferħ.

 

Imbagħad bid-daqq tat-tnabar għad titfaċċa

Biex tgħatti x-xemx fuq żiemel qed jintrefa’

U jiena fil-kristall tal-waqt insawwar

Waqtiet ta’ serħ.

 

Alfred Grech

08/05/2023.

Comments

Popular posts from this blog