Lil Ommi*
Jien lanqas nista’ nifhem
Il-ħtieġa ta’ dan kollu
Kull meta mingħalija li sibtha
It-tweġiba
Kollox jieqaf hemm;
X’ħin tlajt it-telgħa
tal-kalvarju
Tarġa tarġa
Tispiċċa f’din iċ-ċaħda
Tispiċċa taqta’ jiesek.
Jien lanqas nista’ nifhem
Għaliex din it-tbatija
Għaliex is-swied il-qalb
Biex mingħalina sibna
l-gomma
Li tħassar kull għelt u kull
nuqqas.
Ma nista’ nifhem xejn
U aktar ma nitgħallem
It-tħarbit tal-moħħ jiżdied.
Sufra tgħum f’wiċċ l-ilma
Fil-baħar imqalleb tar-ruħ.
Għax jekk xi ħadd x’imkien
Is-setgħa ta’ dan kollu għandu
Li jista’ jbiddel
Imissu jiffrankalek
l-aħħar qatriet tal-kalċi
wara ħajja kollha mrar.
Alfred Grech.
*F’Jum l-Omm
14/05/2023
Comments
Post a Comment