Saħħara.
Għax issa
lanqas lostru ma baqgħalħa
Biex tieħu
dak li trid u tibqa’ għaddejja
Għax dejjem
kienet sħaba bla kuluri,
Qawsalla! F’ħin
ebla waqt tgħib u tispiċċa.
U issa
lanqas fwieħa ma baqgħalħa
Tal-ward
ilellex, xamma tal-imħabba
Biex tgħatti
sew il-kruha ta’ kull gidba
U l-għerq
illi jexxblek ma griżmejha.
Għax fonti saret tal-aljenazzjoni
Tieqa tal-ħabs
li tiftaħ fuq il-misraħ
Mhemm xejn
li jdum u l’għad xi darba jgħaddi
Hu biss
l-istint u l-frott tat-tentazzjoni.
Alfred
Grech.
17/05/2023.
Comments
Post a Comment