Tmienja ta’ Mejju.
Nibdlu x-xwabel
f’sikek tal-moħriet
U l-lanez
fi mnieġel.
Qalulna
l-gwerra waqfet
Iżda n-nar għadu għaddej
Dik kienet
l-aħħar gwerra
Biex tnissi
l-imgoddija
Ċedew bla
kundizzjoni
U l-ġlieda
għadu għaddej
Qalulna l-gwerra
waqfet
Usliem ma
hemmx fil-qlub
Il-gwerra
għada għaddejja
U s-sliem
hu biss fil-ħolm.
Qalulna l-gwerra
waqfet
Biex ngħixu
lkoll ta’ ħbieb
Qatt aktar
ma niġġieldu
U ngħix
lkoll bil-kwiet.
Alfred
Grech.
Comments
Post a Comment