U Għidli X’Jibqa’?
U Għidli x’jibqa’? Xejn
għajr kewkba feġġa’,
Il-Jien sar xewqa fiergħa
tal-artisti,
Sħab tqil fis-sema baqa’
dejjem jiġri
Bħal ktieb li lanqas għandek
ħin biex taqra.
Il-Jien sar xewqa fiergħa
tal-artisti,
Għaddieni l-ħsieb bħal tajra
li tittajjar,
Bħal ktieb li lanqas għandek
ħin biex taqra,
Warda tal-jum, għalxejn sbuħitha
tperreċ.
Għaddieni l-ħsieb bħal tajra
li tittajjar,
U l-petali tar-riħ il-priża
saru,
Warda tal-jum, għalxejn sbuħitha
tperreċ,
Inkella raxx il-mewġ ileħħ
qawsalli.
U l-petali tar-riħ il-priża
saru,
Ħarist f’għajnejn l-baħħ jespandu
dejjem,
Inkella raxx il-mewġ ileħħ
qawsalli,
F’dan l-univers, parentesi qasira.
Ħarist f’għajnejn l-baħħ jespandu
dejjem,
Staqsejt imbagħad x’se jiġri
minn din il-pawsa,
F’dan l-univers, parentesi qasira,
Vjolin inewwaħ qisu qalb
maqtugħa.
Staqsejt imbagħad x’se jiġri
minn din il-pawsa,
Tnehida toħroġ mill-għerien
ta’ruħi,
Vjolin inewwaħ qisu qalb
maqtugħa,
Fuq xtajta solitarja ta’
tfuliti.
Alfred Grech
28/05/2023.
Comments
Post a Comment