178.*
Għalxejn mit-trab tal-art
tixtieq issawwar
Xbiha oħra biex tinfħilha f’imnifsejha
Għax kmieni nkella tard għad
trid tintebaħ
Li dina ma kienetx għajr
ħolma kera
Bħal dawk it-tant mijiet ta’
ħolm li ħlomna
Flimkien fuq medda wileġ bla
konfini.
Għalxejn tifsir tipprova lil
dil-ħrafa
Tagħti, biex mingħalik
il-libsa terġa’ tlibbes
Lil tifkira fuq tarf sisien
il-ħajja.
Hemmhekk tinbena t-tama jew
ix-xewqa
Li bqajt ma tibidilx jew
tibqa’ għal dejjem.
Imm’inti sirt is-susa dejjem
tgerrem
Xħin logħba jien bqajt
nilgħab dejjem b’moħħi
Musbieħ il-lejl bil-ftit tad-dawl
ma jagħti.
Alfred Grech
12-06-2023
*F’Għeluq il-ħdax-il
sena mill-mewt ta’ Valerie.
Comments
Post a Comment