Jekk Mhux Tperpir il-Ġwieneħ.

 

Jekk mhux tperpir il-ġwienaħ

Ikun ir-raxx tal-baħar.

Jekk mhux il-ħolm li ħlomna,

Il-mixja solitarja

 

Fil-wileġ tal-ambugwita’

Tżżerżaq ma żurżieqa

Fil-falda tal-muntanja

Tistkenn f’dagħbien ir-ruħ.

 

Jien li qed niżżeżżaq ma kull żurżieqa

Inħares ġewwa ‘-mera.

 

Alfred Grech

27/06/2023.

Comments

Popular posts from this blog