
La tħallinix intir bħall-għasafar l-oħra
In-nefħa tegħek daqs uragan
Li jiblagħni fit-tidwir
tiegħu
U issa tlift it-triq,
U issa sirt barrani
In-nifs tqal wisq u l-ġisem
għejja.
Għidli jekk jiġrilek bħali
Jekk qalbek tkunx trid
trabbi l-ġwienaħ
U taħrab lejn baħar ġdid
Aktar ikħal minn dak li jassedjana.
Għalhekk jekk mhux ir-riħ
Ikun il-baħar i jreġġa’ lura
Ma qillet il-mewġ u t-tkarwit
ta’leħnu
Dak li konna nistennew.
Agħtini jdejk u ħudni
miegħek
Il-bogħod minn daċ-ċaflis
Lejn il-fwieħa ta’ ġenna
tistenniena.
Alfred Grech
25/06/2023
Comments
Post a Comment