Lanqas B’Dal-Mod.
Lanqas b’dal-mod ma tista’ timbuttanti,
Biex nerġa’ niġbor lura kull tixlila,
Inkella r-riedni naqbad biex minn issa
Inħares ‘l-quddiem
lejn xefaq ieħor
Inkella
lejn it-toroq li tfixkiltom
Biex ngħid:
Twelidt mill-ġdid. Hawn arja ġdida.
Għax issa
l-ħaġa ndrat. Xejn ġdid li jista’
Jirxoxta ruħ
ta’ mummja atrofizzata,
Inkella lura
jġib ma kull tifkira
Il-benna li
tiġik ma xi stennija.
Issa li w’qajt
fil-bir tal-eżistenza
Trid tonfoħ
uraġan ġo dal-katavru,
Għaliex xejn
ġdid ma hemm fi sbieħ din l-għodwa
Għajr illi
nkomplu fejn ħallejna ‘l-bieraħ.
Li trid
sejjħilha: ghejja, dipressjoni!
Biex ma
jkollix għalfejn infisser ruħi.
Alfred
Grech
19/06/2023
Comments
Post a Comment