U Issa Li m’Għadnix
Ngħanniha Aktar.
U issa li m’għadnix
nagħanniha aktar,
Dik l-għanja
li weħida kienet toħroġ,
Għalxejn il-qiegħ
ta’ bir li jitlef nigref,
Għalxejn infittex
trejqa qalb ix-xagħri.
Dik l-għanja
li weħida kienet toħroġ
Qalb is-sqaqien
mudlama tal-imgħoddi,
Għalxejn infittex
trejqa qalb ix-xagħri,
Xi leħħa
qalb ir-radam ta’ tfuliti.
Qalb is-sqaqien
mudlama tal-imgħoddi,
Bil-frosta
jekk trid tqajjem lil min mejjet
Xi leħħa
qalb ir-radam ta’ tfuliti,
Mudlam is-sotterran
ta’ruħ imnikta.
Bil-frosta
jekk trid tqajjem lil min mejjet
Vjolin li
jgħanni l-krib tal-aħħar siegħa,
Mudlam is-sotterran
ta’ruħ imnikta.
U l-moħħ
jistmerr id-dlam tal-baħħ fil-kobor.
Alfred
Grech.
04/06/2023.
Comments
Post a Comment