179.
Ma nafx
jekk huwiex int inkella jiena
Dardarna tal-għadira
l-ilma qiegħed,
Qanqalna l-wiċċ
li jirrifletti s-sema.
Aktarx li
kien il-ħolm li qatt ma ħlomna,
Il-ħmar
il-lejl li ġiegħlna nagħmlu l-ħwejjeġ
Li aħna
t-tnejn imissna qatt m’għamilna.
Ma nafx
jekk kienx il-ħoss ta’ kull ċaqliqa
U f’daqqa
waħda qomna minn dir-raqda
Biex issa
sibna ruħna qed interrqu
Ġo toroq u
sqaqien fejn qatt ma konna.
U xħin
ħarisna f’wiċċ xulxin nistagħġbu
Kif ħadd ma
ħareġ għadu bit-tweġiba.
Intbaħna li
għalina l-wisa’ kollu
Hu hawn
il-fuq mis-sħab fejn qed nittajjru.
Alfred
Grech
14/07/2023.
Comments
Post a Comment