180.
X’ikun il-waqt li minnu ridna ngħaddu,
Trapass mingħajr taħbit u
daqq ta’ trombi,
Kull mewġa li fil-wiċċ sabitna
ngħumu
Żammitna aljenati għal kull
ħabta,
Ma skoll jew blat li qatt ma
stajna nirkbu;
Inkella li wasslitna fuq
ix-xtajta
Fejn stajna niġbru lura lilna
nfusna
Mill-fdalijiet u l-bċejjeċ
tan-nawfraġju.
Fit-tul saquna l-ħalel u
l-irwiefen,
Il-qawwa tad-destin u
x-xorti kiefra,
U fhimna skond kull wieħed
l-għażla tiegħu.
Ħażżiżna wkoll kull waqt li
għadda minna
Fiċ-ċpar u fl-umdita’ ta’
għodwa ġdida
Biex dawk li jiġu wara
jiftakruna.
Alfred Grech
16.07.2023.
Comments
Post a Comment