Fit-Tarf tal-Preċipizzju.
Miniex
beżgħan
Min-nuqqas
ta’ sejħa tiegħek
Nirfes il-kallijiet
Jew ngħaddi
minn fuq il-ġamar
Ta’ mħuħ li
qed ibattu
Fl-għabex
tal-allat
Ngħlaq
għajnejja
Għall-kull
ma jista’ jiġri.
Imbagħad ngħid
Ma kellix mod
ieħor kif kelli nimxi.
U ma
niddejjaq xejn
Jekk ma
tgħidlix fejn hu
It-tarf
tal-preċipizzju.
Alfred
Grech
26/07/2023
Comments
Post a Comment